banda vittorja fuq tiben f’maxtura şarkı sözleri

Fuq tiben f'maxtura, fost bhejjem ġo għar Imgeżwra fi bċejjeċ ta' ħrieqi wisq fqar Hemm ċkejkna tarbija, Ta' ħlewwa bla qies, ta' ħlewwa tas-sema Li tgħaxxaq in-nies. Min ġiegħlek tarbija, titwieled hawnhekk Biex tibda minn issa tinħaqar daqshekk? Kif ebda qalb waħda ma nstabet li tħenn Biex f'rokna ta' kmajra Toffrilek ftit kenn? O! Ejja f'din qalbi, hawn ġew ħa tistrieħ Ha tisħon mir-reżħa u tinsa l-uġigħ Din qalbi wisq tħobbok, o ħelu Bambin Wisq tħobbok u tgħożżok Bik mgħaxxqa kull ħin. Berikni, nitolbok, o twajjeb Ġesù Ħa nogħġbok u nferrħek Bil-ġmiel tal-virtù U nroddlok tpattija Għall-morr tad-dnubiet Li jkexkxek wisq iżjed Mill-bard tal-Milied
Sanatçı: Banda Vittorja
Türü: Belirtilmemiş
Ajans/Yapımcı: Belirtilmemiş
Şarkı Süresi: 1:42
Toplam: kayıtlı şarkı sözü
Banda Vittorja hakkında bilgi girilmemiş.

Fotoğrafı