banda vittorja o liema ferħ tas-sema şarkı sözleri
O liema ferħ tas-sema Li f'dan iż-żmien qaddis
Ġesù twieled għalina, ħelisna mit-tniġġiż
Fil-għar ġewwa maxtura Ġieb miegħu l-hena fis
Ejjew, bil-qalb kollha Infaħħruh, infaħħruh
Ejjew bil-qalb kollha nfaħħruh.
Fis-sema dehru l-anġli Biex lilu jagħtu ġieħ
U ħabbru lill-ġnus kollha Li f'dan il-lejl ferrieħ
Il-paċi l-iktar kbira lil min jittama fih
Ejjew, bil-qalb kollha Infaħħruh, infaħħruh
Ejjew bil-qalb kollha nfaħħruh.

