karm debattista mssp gmiel ghemilek şarkı sözleri

Bħal xoqqa s-sema mifruxa Bħal saqaf fuq l-ilma kotran Is-sħab bħal mirkeb jittajjar Fuq ġwejnaħ ir-riħ setgħan Imwaqqfa il-art fuq sisienha Fis-sod, ma titħarrek qatt Il-baħar bħal libsa żejjinha U jħabbat qillietu fuq l-art Kemm huma kotrana għemilek, Int kollha għamilthom bil-g]erf Il-kobor t'għemilek ifaħħru l-ħlejjaq li ġmielek urew Tul ħajti ħa ngħanni lil Alla, għal dejjem ħa ndoqq lil Mulej Quddiemu ħa jidħol dan kliemi, ħa nifraħ kuljum fil-Mulej L-għejjun fil-widien Int tnixxi Bejn l-iħbla jinħolqu trejqat Minn fejn għaddejjin l-art tissaqqa U tnibbet il-ħdura fil-blat Fil-g]oli is-siġar jixxabbtu 'Il fuq sebagħhom puntat Fejn fuqhom l-għasafar bil-qtajja Iferrħu b'għanjiethom fuq l-art Kemm huma kotrana... Kemm ismek hu kbir fl-art kollha Sebħek 'il fuq mis-smewwiet Ifraħ, Mulej. Ifraħ b'għemil idejk Fuq kollox, fuq kull kreatura 'Il fuq minn kull kobor ta' jdejk Biex ħsiebu int tieħu, x'inhuwa Il-bniedem fil-ħarsa t'għajnejk? Ftit anqas minn Alla għamiltu Bil-ġmiel u bil-ġieħ int żejjint T'għemilek Int tajtu il-ħakma Taħt riġlu q'għidt, kollox ċekkint. Kemm huma kotrana għemilek, Int kollha għamilthom bil-għerf Il-kobor t'għemilek ifaħħru l-ħlejjaq li ġmielek urew Tul ħajti ħa ngħanni lil Alla, għal dejjem ħa ndoqq lil Mulej Quddiemu ħa jidħol dan kliemi, ħa nifraħ kuljum fil-Mulej Kemm ismek hu kbir fl-art kollha Ifraħ b'għemil idejk
Sanatçı: Karm Debattista Mssp
Türü: Belirtilmemiş
Ajans/Yapımcı: Belirtilmemiş
Şarkı Süresi: 4:22
Toplam: kayıtlı şarkı sözü
Karm Debattista Mssp hakkında bilgi girilmemiş.

Fotoğrafı