karm debattista mssp inti d-dawl şarkı sözleri

Int, fid-dlam tal-lejla, ħiemed, qalbi sserraħ Dawl bħal ta' musbieħ li jerġa' 'l ruħi jferraħ Fik, kull meta waħdi, ittamajt Talbi dejjem smajt. Iva, int biss bqajt Int, bħal raġġ tax-xemx f'twelid il-għodwa, tirbaħ Fuq id-dlam li jaħrab hekk kif mil-ġdid jisbaħ Bħal ġellied li ta' kuljum rebbieħ Ħadd ma jista' għalih, qawwi, dejjem sħiħ Int d-dawl Int d-dawl Int d-dawl Int d-dawl Bżajt, x'ħin ħadd ma rajt u ħsibt kulħadd insieni Tlabt ħerqan biex dawl it-triq li tlift jurini Int, bid-dija fiss id-dell keċċejt Il-mogħdija wrejt, miegħi Int imxejt Int d-dawl Jiena d-dawl tad-dinja Int d-dawl Min jimxi warajja Int d-dawl Ma jimxix fid-dlam Int d-dawl Ikollu d-dawl tal-ħajja Int, li f'qiegħ l-imwiet inżilt u tlajt setgħani Minn saltniet id-dlam erġajt bil-glorja għani Int, li sebħek jisboq ħsieb u kliem Saltan Int fis-sliem, f'jum li m'għandux tmiem Inti d-dawl, Int Mulejja
Sanatçı: Karm Debattista Mssp
Türü: Belirtilmemiş
Ajans/Yapımcı: Belirtilmemiş
Şarkı Süresi: 4:12
Toplam: kayıtlı şarkı sözü
Karm Debattista Mssp hakkında bilgi girilmemiş.

Fotoğrafı